1. |
De Ċelis
02:17
|
|
||
2. |
Ix-xatt ir-roża
04:56
|
|
||
F' din it-tfitxija
tiegħi innifsi
intlift, u ħlift
li nibqa mitluf
inħuf
Weħilt max-xatt
fil-fatt
għalkemm
il-kesħa u l-bard
u ftit tard
Lura qaluli, immur
biss żgur
ma mmurx
Issa drajt hawn
Kuntent
Fil-ġenn
Lura ma mmurx għax naħseb li m'humiex ser jifhmu
Lura qaluli, mmur
|
||||
3. |
Pantomima
03:04
|
|
||
B'ismi sejħitli, ħarist u tbismitli
u l-lewn waqa' fuqi bħal raġġ
għedna kelmtejn u skoprejna ix-xejn
ġo toqba ta' bar wara l-mandraġġ
Ħlejju iż-żernieq nirranġaw il-pellegrina
Wiċċna mċappas abjad għal preludju tal-pantomima.
In-nar mall-qalb tgħannaq, id-dubju mar jitgħallaq
m'hemm xejn ta' nkwiet, is-sinfonija bdiet
u sqiet, fis-skiet, l-għatx tal-ħofor ta' mwiet
il-ġibjuni faru l-għargħar għamel għal bliet
U ffangajna fl-emozzjoni,
ta' dan kollu hekk splużjoni kienet ġejja
għax għal kull fuq hemm isfel fejn l-għefiered jarblu l-iswed taħt il-ħnejja.
Iż-żmien ġie u mar, bħal borża mar-riħ tar
u miegħu taret parti mir-ruħ
l-ispirtu inbarax, fil-qatra nstab il-faraġ
il-pinta reġgħet imtliet bid-dmugħ
Fil-ħlewwa tal-għabex nirranġaw il-pellegrina
Wiċċna mċappas abjad għal konklużjoni tal -pantomima.
Ix-xjaten ħarqu kollox irmied ħorrox borrox
f'daqqa waħda sirt Fargħun fuq tron tan-nugrufun
għax mewġa wara mewġa ta' żbub inkallati
iwebsulek qalbek u jgħaġnuha f'kantun
U terraqna u tellaqna għall-għenuq fit-toroq baħħ tal-ebusija.
U intlifna darba għal dejjem fejn il-baħħ qabad ixejjen is-sbuħija.
Biss nistqarr li mibiegħda jien m'għandix
Anke jekk għażla ma kellix
Mill-bwiet, noħroġ il-ġebel u nwaddabhom
Fis-skiet, niġbor il-memorji u ngħaqqadhom
u nħaddanhom ,
għax ikolli f'qalbi u moħħi
jien ngħix magħhom
U jkolli ngħid anke fil-
preżenza tagħhom
l-ebusija saret irtubija
anke sbuħija
għax il-ħajja hekk
h.e.k.k.
pantomima!
|
||||
4. |
It-tapit qalli
04:25
|
|
||
Is-siġar jixxarbu bl-ilma tal-vit
m'hemmx trabijiet fuq it-tapit
inxteħet ejja tiddejjaqx
tiddejjaqx
titbaqbaqx
U inti intef' hemm
dak l-aħmar żebgħa
mhux demm.
dak maqful fil-kurituri ta' ġismek
bħat-tamborlin wara isem ismek
il-konfużjoni itfagħha f' borża tal-plastik.
għajnejk tagħlaqhomx
m'għandekx għalfejn
M'haw xejn profond, dina m'hi xejn
L-ewwel kont ħarira ħażin
imma issa, rajt id-dawl
Ikkulurit, mhux b'mod ardit, qas tal-ħadid
Ikkulurit, xi ftit
Ikkulurit, għandi aptit, id-dawl irrid
Ikkulurit, xi ftit
(Ittajjarx bewl jekk jogħġbok)
Kont qed nirrexta tiegħi innifsi
spiċċa l-ossiġnu u qtajt nifsi
kelli nagħlaq
il-gallarija
u it-twieqi
ghax ħallejt il-vit miftugħ
stenna waħda kif il-Alla irnexxieli,
nagħmel dan b'nifsi maqtugħ?
it-tapit qalli
l-imperatur ma jiddardax mill-fatt li jfalli
ħafi jimxi fuq il-ġamar
waqt li jgedwed mal-qamar
f' nofs inhar
It-tapit qalli
imsaħ saqajk u ħoll il-lazz u ntefa' bħali
mixħut ma' l-art għal kenn
il-bogħod minn tarf il-ġenn
taparsi Żen
it-tapit qalli
fil-baħar xott jinsabu l-Malti u l-iSqalli
Ghidtlu sieħbi ma fhimtiex
tifqagħlix moħħi la tibdiex
jien ġa m'aħniex.
|
||||
5. |
Dragut Drugat
03:20
|
|
||
Konna f'ta' Qali lil hinn mill-Pitkali
mhux strada rjali ġifieri voldieri
taħt is-siġar, mingħajr ġarr u mingħajr garr u mingħajr sarr
mixħutin fuq il-ħaxix, inpejjpu l-ħaxix.
taħt sormna bil-liżar għax-xemx wara nofs inhar
nitbissmu lejn il-ħajja għaddejja mexxejja
nitħadtu l-filsosofija id-dalma 'w id-dija
sakemm rajt il-ħabba t' għajn sieħbi tespandi s-swidija
Dragut x'qed jiġrilek
iss' ilek tiċċassa 'w tiblieħ
imtedd ftit ħa tistrieħ
U dlonk qabad jitfixkel u jfaqqa' d-daħk
u nħsadt u irsaħt
għax wiċċu inbidel fil-ħdura tax-xitel
imbgħad tani ħarsa ta' maskra f'xi farsa
u nfexx jipprova jibżoq, fin-niexef beda jiżloq
imbgħad f'daqqa waħda iddritta w' isserja u qalli
Kilt ikla faqqiegħ bil-gżuż u l-qatiegħ imbgħad missejt il-qiegħ
Umbgħad sibt muftiegħ, ħadtu minnufih
qas taqta' x' ser ngħidlek xi stajt niftaħ bih
Daħħaltu fis-serratura u stajt nifhem l-istruttura
ta' moħħok ta' moħħi ta' moħħna ta' moħħ in-natura
U fhimt l' aħna l-istess ħaġa,
u sibt it-tweġiba għal dina il-ħaġa moħġaġa
Dragut tibqax tifqagħli moħħi
Lembut ta' ilma mbierek moħħli
Ħallini nħossni kavallier,
tal-ministru xufier
jiena biċċa messaġġier
u hekk kuntent u hekk ħallini
SOLO
Dragut qabad jirrakkonta fuq il-ġifen bil-qlugħ
u bdiet ġejja in-nostalġija u għajnejh qabdu jduru fid-dmugħ
'Jiena sensittiv', qabad jgħidli kif bdiet taħkmu l-irtubija li ġġib magħha l- ħlewwa ta' qalb
u hekk infexx fit-talb
għax Alla u Allah huma xorta beda sejjer
u quddiemi talab maħfra tal-ħsarat li għamel fil-gżejjer
Maltin u Għawdxin.
Qas l-ex prim ministru m'għamel hekk ostja xbin.
|
||||
6. |
|
|||
Il-Poeżija tal-immifpiffittrawċ
Jitħenn Il-frejju tal-meċlieq
hekk fil-batra tal-pellieq
U wieħed jixlaq mingħajr sajr
għax jifwemmen u jitmensaħ
Fil-pumunqar jiddannas, għax mill-ospju jsid il-ħajr
Webbaq u twebbaq, O' fimmien tal-istmejqen
int li tidjar u tixxellaq, għax minn kirxthom int tissejqen.
Il-parċis. Il-pirċott. l-effemminija 'w iċ-ċaqlott
Is-sidall u l-fromm tal-bqar, hekk l-imċerqta ssid fl-itrott
Il-maqanfas u l-inbroljin, jixxeqilqu fl-importin
għax il-berlaq mar jitwebbaq fejn l-impetraq fradd il-kur
Mintejja l-fromm jitnejja hekk kif wissthom sraqsu t-tur
Min? Min jitmarqtas u jitpellaq mingħajr fadwa fid-denqus,
jekk mhux plejjaq mingħajr trejjaq, waqa' daħnu fil-penqus
U l-għagħa għamfset b'tammha, fil-pitwejraq tal-mitqin,
iżda l-mexraq tberlaq f'sensu, hekk kif tnejja l-pellitrin
Is-sajr, il-bqajr, il-mixtwija ferreqija
għax l-imtagħbad sraħħnu f'tagħhom
mill-poġġija tal-miftija
|
||||
7. |
Ġeriko
05:20
|
|
||
Ilni snin nissaporti
għall-grazzja t'alla, m'hinix il-qorti
Kullħadd jeqred, kulllħadd igerger
Fuq dal-pajjiż, fuq dal-pajjiż
Ħlief ir-ragħaj, u ħlief in-nagħaġ
Fil-valv ta' qalbhom, Hemm mandraġġ
Mażunerija, piraterija
tal-istess pezza, tal-istess pezza
tal-istess pezza,
min idawwar din ir-rota bir-rittmu li jaqbel lilu
għax ħaxxej għax mingħalih li hu l-Mulej
u l-fdal u l-frak li jibqa' ntuh lil-ġrieden għax iridu
jieklu l-fdal, jieklu l-frak, għax waslilhom il-Feddej
Is-slaten Maġi ħabbru li għad jinżel il-messija fl-art imwiegħda
tal-punent fejn ix-xemx ma tinżel qatt
ġie fiċ-ċokon ta' container t'ingravati jleqqu mitwijien puliti lesti sabiex jingħatgħu lil membri b'xej
Lejn kull fejn tħares iweġġa' l-għajn
torrijiet dejjem tilgħin
għax mingħalikom, li tellajnikom
biex tilħqu l'Alla, biex tilħqu l'Alla
Bħal Babilonja fil-mediterran
u s-slaten tagħha, jaduraw tiran
Imisskom tistħu, Tajbin biex tisħtu
lil Alla nnifsu , Lil Alla nnifsu
Lill-Alla nnifsu biċċirtuħ, ftit wara li flaġellajtuħ, bdejtu billi sawwattuħ, wara dan kollu sallabtuħ
Wara tmorru tagħmluha tal-qaddisin, u tal-ħelsin mid-dnubiet mejta, madwar mejda tippjanaw qatlet ir-ruħ
Inwassal dal-messaġġ lill-parlament
nixtieq nipprova inressaq da l-ilment
il-fiduċja skorriet, il-gidba skadiet
Din hija l-qabża, tas-sagrament
|
If you like RagħwaDagħwa, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp