L​-​EP tal​-​Pipi

by RagħwaDagħwa

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

1.
De Ċelis 02:17
2.
F' din it-tfitxija tiegħi innifsi intlift, u ħlift li nibqa mitluf inħuf Weħilt max-xatt fil-fatt għalkemm il-kesħa u l-bard u ftit tard Lura qaluli, immur biss żgur ma mmurx Issa drajt hawn Kuntent Fil-ġenn Lura ma mmurx għax naħseb li m'humiex ser jifhmu Lura qaluli, mmur
3.
Pantomima 03:04
B'ismi sejħitli, ħarist u tbismitli u l-lewn waqa' fuqi bħal raġġ għedna kelmtejn u skoprejna ix-xejn ġo toqba ta' bar wara l-mandraġġ Ħlejju iż-żernieq nirranġaw il-pellegrina Wiċċna mċappas abjad għal preludju tal-pantomima. In-nar mall-qalb tgħannaq, id-dubju mar jitgħallaq m'hemm xejn ta' nkwiet, is-sinfonija bdiet u sqiet, fis-skiet, l-għatx tal-ħofor ta' mwiet il-ġibjuni faru l-għargħar għamel għal bliet U ffangajna fl-emozzjoni, ta' dan kollu hekk splużjoni kienet ġejja għax għal kull fuq hemm isfel fejn l-għefiered jarblu l-iswed taħt il-ħnejja. Iż-żmien ġie u mar, bħal borża mar-riħ tar u miegħu taret parti mir-ruħ l-ispirtu inbarax, fil-qatra nstab il-faraġ il-pinta reġgħet imtliet bid-dmugħ Fil-ħlewwa tal-għabex nirranġaw il-pellegrina Wiċċna mċappas abjad għal konklużjoni tal -pantomima. Ix-xjaten ħarqu kollox irmied ħorrox borrox f'daqqa waħda sirt Fargħun fuq tron tan-nugrufun għax mewġa wara mewġa ta' żbub inkallati iwebsulek qalbek u jgħaġnuha f'kantun U terraqna u tellaqna għall-għenuq fit-toroq baħħ tal-ebusija. U intlifna darba għal dejjem fejn il-baħħ qabad ixejjen is-sbuħija. Biss nistqarr li mibiegħda jien m'għandix Anke jekk għażla ma kellix Mill-bwiet, noħroġ il-ġebel u nwaddabhom Fis-skiet, niġbor il-memorji u ngħaqqadhom u nħaddanhom , għax ikolli f'qalbi u moħħi jien ngħix magħhom U jkolli ngħid anke fil- preżenza tagħhom l-ebusija saret irtubija anke sbuħija għax il-ħajja hekk h.e.k.k. pantomima!
4.
Is-siġar jixxarbu bl-ilma tal-vit m'hemmx trabijiet fuq it-tapit inxteħet ejja tiddejjaqx tiddejjaqx titbaqbaqx U inti intef' hemm dak l-aħmar żebgħa mhux demm. dak maqful fil-kurituri ta' ġismek bħat-tamborlin wara isem ismek il-konfużjoni itfagħha f' borża tal-plastik. għajnejk tagħlaqhomx m'għandekx għalfejn M'haw xejn profond, dina m'hi xejn L-ewwel kont ħarira ħażin imma issa, rajt id-dawl Ikkulurit, mhux b'mod ardit, qas tal-ħadid Ikkulurit, xi ftit Ikkulurit, għandi aptit, id-dawl irrid Ikkulurit, xi ftit (Ittajjarx bewl jekk jogħġbok) Kont qed nirrexta tiegħi innifsi spiċċa l-ossiġnu u qtajt nifsi kelli nagħlaq il-gallarija u it-twieqi ghax ħallejt il-vit miftugħ stenna waħda kif il-Alla irnexxieli, nagħmel dan b'nifsi maqtugħ? it-tapit qalli l-imperatur ma jiddardax mill-fatt li jfalli ħafi jimxi fuq il-ġamar waqt li jgedwed mal-qamar f' nofs inhar It-tapit qalli imsaħ saqajk u ħoll il-lazz u ntefa' bħali mixħut ma' l-art għal kenn il-bogħod minn tarf il-ġenn taparsi Żen it-tapit qalli fil-baħar xott jinsabu l-Malti u l-iSqalli Ghidtlu sieħbi ma fhimtiex tifqagħlix moħħi la tibdiex jien ġa m'aħniex.
5.
Konna f'ta' Qali lil hinn mill-Pitkali mhux strada rjali ġifieri voldieri taħt is-siġar, mingħajr ġarr u mingħajr garr u mingħajr sarr mixħutin fuq il-ħaxix, inpejjpu l-ħaxix. taħt sormna bil-liżar għax-xemx wara nofs inhar nitbissmu lejn il-ħajja għaddejja mexxejja nitħadtu l-filsosofija id-dalma 'w id-dija sakemm rajt il-ħabba t' għajn sieħbi tespandi s-swidija Dragut x'qed jiġrilek iss' ilek tiċċassa 'w tiblieħ imtedd ftit ħa tistrieħ U dlonk qabad jitfixkel u jfaqqa' d-daħk u nħsadt u irsaħt għax wiċċu inbidel fil-ħdura tax-xitel imbgħad tani ħarsa ta' maskra f'xi farsa u nfexx jipprova jibżoq, fin-niexef beda jiżloq imbgħad f'daqqa waħda iddritta w' isserja u qalli Kilt ikla faqqiegħ bil-gżuż u l-qatiegħ imbgħad missejt il-qiegħ Umbgħad sibt muftiegħ, ħadtu minnufih qas taqta' x' ser ngħidlek xi stajt niftaħ bih Daħħaltu fis-serratura u stajt nifhem l-istruttura ta' moħħok ta' moħħi ta' moħħna ta' moħħ in-natura U fhimt l' aħna l-istess ħaġa, u sibt it-tweġiba għal dina il-ħaġa moħġaġa Dragut tibqax tifqagħli moħħi Lembut ta' ilma mbierek moħħli Ħallini nħossni kavallier, tal-ministru xufier jiena biċċa messaġġier u hekk kuntent u hekk ħallini SOLO Dragut qabad jirrakkonta fuq il-ġifen bil-qlugħ u bdiet ġejja in-nostalġija u għajnejh qabdu jduru fid-dmugħ 'Jiena sensittiv', qabad jgħidli kif bdiet taħkmu l-irtubija li ġġib magħha l- ħlewwa ta' qalb u hekk infexx fit-talb għax Alla u Allah huma xorta beda sejjer u quddiemi talab maħfra tal-ħsarat li għamel fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Qas l-ex prim ministru m'għamel hekk ostja xbin.
6.
Il-Poeżija tal-immifpiffittrawċ Jitħenn Il-frejju tal-meċlieq hekk fil-batra tal-pellieq U wieħed jixlaq mingħajr sajr għax jifwemmen u jitmensaħ Fil-pumunqar jiddannas, għax mill-ospju jsid il-ħajr Webbaq u twebbaq, O' fimmien tal-istmejqen int li tidjar u tixxellaq, għax minn kirxthom int tissejqen. Il-parċis. Il-pirċott. l-effemminija 'w iċ-ċaqlott Is-sidall u l-fromm tal-bqar, hekk l-imċerqta ssid fl-itrott Il-maqanfas u l-inbroljin, jixxeqilqu fl-importin għax il-berlaq mar jitwebbaq fejn l-impetraq fradd il-kur Mintejja l-fromm jitnejja hekk kif wissthom sraqsu t-tur Min? Min jitmarqtas u jitpellaq mingħajr fadwa fid-denqus, jekk mhux plejjaq mingħajr trejjaq, waqa' daħnu fil-penqus U l-għagħa għamfset b'tammha, fil-pitwejraq tal-mitqin, iżda l-mexraq tberlaq f'sensu, hekk kif tnejja l-pellitrin Is-sajr, il-bqajr, il-mixtwija ferreqija għax l-imtagħbad sraħħnu f'tagħhom mill-poġġija tal-miftija
7.
Ġeriko 05:20
Ilni snin nissaporti għall-grazzja t'alla, m'hinix il-qorti Kullħadd jeqred, kulllħadd igerger Fuq dal-pajjiż, fuq dal-pajjiż Ħlief ir-ragħaj, u ħlief in-nagħaġ Fil-valv ta' qalbhom, Hemm mandraġġ Mażunerija, piraterija tal-istess pezza, tal-istess pezza tal-istess pezza, min idawwar din ir-rota bir-rittmu li jaqbel lilu għax ħaxxej għax mingħalih li hu l-Mulej u l-fdal u l-frak li jibqa' ntuh lil-ġrieden għax iridu jieklu l-fdal, jieklu l-frak, għax waslilhom il-Feddej Is-slaten Maġi ħabbru li għad jinżel il-messija fl-art imwiegħda tal-punent fejn ix-xemx ma tinżel qatt ġie fiċ-ċokon ta' container t'ingravati jleqqu mitwijien puliti lesti sabiex jingħatgħu lil membri b'xej Lejn kull fejn tħares iweġġa' l-għajn torrijiet dejjem tilgħin għax mingħalikom, li tellajnikom biex tilħqu l'Alla, biex tilħqu l'Alla Bħal Babilonja fil-mediterran u s-slaten tagħha, jaduraw tiran Imisskom tistħu, Tajbin biex tisħtu lil Alla nnifsu , Lil Alla nnifsu Lill-Alla nnifsu biċċirtuħ, ftit wara li flaġellajtuħ, bdejtu billi sawwattuħ, wara dan kollu sallabtuħ Wara tmorru tagħmluha tal-qaddisin, u tal-ħelsin mid-dnubiet mejta, madwar mejda tippjanaw qatlet ir-ruħ Inwassal dal-messaġġ lill-parlament nixtieq nipprova inressaq da l-ilment il-fiduċja skorriet, il-gidba skadiet Din hija l-qabża, tas-sagrament

credits

released September 1, 2021

Composition, Lyrics, Instrumentation, Singing, Production, Mixing - Fah Rouge

Artwork - Fah Rouge / Kyle Fenech

license

all rights reserved

tags

about

RagħwaDagħwa Malta

Nistħi.

Imqar kemmxejn.

contact / help

Contact RagħwaDagħwa

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like RagħwaDagħwa, you may also like: